Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-15 ta' Frar 2011 - AH vs Il-Kummissjoni
"Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Artikoli 72 u 76a tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni - Stat ta' dipendenza - Konjuġi superstiti ta' uffiċjal irtirat - Ċaħda tat-talba għall-teħid tar-responsabbiltà sħiħa tal-ispejjeż ta' preżenza ta' infermiera u tal-għoti ta' għajnuna finanzjarja - Rikors tardiv - Inammissibbiltà"
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AH (Wavre, il-Belġju) (rappreżentant: J. Temple Lang, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta' Ġunju 2009 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn rimbors sħiħ tal-ispejjeż li saru għat-trattament tal-marda tagħha.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
AH għandha tbati l-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 297, 5.12.2009, p. 36.