Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fid-9 ta’ Ġunju 2020 – Skatteverket vs Skellefteå Industrihus Aktiebolag

(Kawża C-248/20)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteverket

Konvenuta: Skellefteå Industrihus Aktiebolag

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mad-Direttiva 2006/112/KE 1 , b’mod partikolari mal-Artikoli 137, 168, 184 sa 187, 189 u 192 tagħha, il-fatt li proprjetarju ta’ proprjetà immobbli, li bbenefika mis-sistema ta’ tassazzjoni fakultattiva matul il-kostruzzjoni ta’ binja u li naqqas it-taxxa tal-input li kienet imposta fuq xiri intiż għal dan il-proġett ta’ bini, jintalab ir-rimbors immedjat tal-ammont sħiħ ta’ din it-taxxa tal-input, flimkien mal-interessi, minħabba li l-obbligu ta’ tassazzjoni ntemm bl-interruzzjoni ta’ dan il-proġett, qabel it-tlestija tal-kostruzzjoni tal-binja u għalhekk qabel il-konklużjoni ta’ kwalunkwe kirja?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).