Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fl-24 ta’ Mejju 2019 – Vos Aannemingen BVBA v Belgische Staat

(Kawża C-405/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vos Aannemingen BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

L-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li terz jibbenefika minn spiża – bħal fil-każ fejn, b’konnessjoni mal-bejgħ ta’ appartamenti, kuntrattur ta’ proġett jinkorri spejjeż pubbliċitarji, spejjeż amministrattivi u l-kummissjoni ta’ aġenti immobbiljari, li jibbenefikaw minnha wkoll is-sidien tal-art – ma jipprekludix it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imħallsa fuq dawn l-ispejjeż titnaqqas fl-intier tagħha, bil-kundizzjoni li jkun hemm rabta diretta u immedjata bejn l-ispiża u l-attività ekonomika tal-persuna taxxabbli u li l-vantaġġ tat-terz huwa anċillari meta mqabbel mar-rekwiżiti tal-impriża tal-persuna taxxabbli?

Dan il-prinċipju japplika wkoll meta l-ispejjeż inkwistjoni ma jkunux spejjeż ġenerali iżda spejjeż attribwibbli għal tranżazzjonijiet speċifiċi tal-output li jistgħu jew ma jistgħux ikunu suġġetti għall-VAT, bħal f’dan il-każ, il-bejgħ, minn naħa, ta’ appartamenti, u min-naħa l-oħra, tal-art?

Il-fatt li l-persuna taxxabbli għandha l-possibbiltà jew id-dritt titrasferixxi parzjalment l-ispiża lit-terz li jibbenefika minnha, iżda ma tagħmilx dan, hija rilevanti għall-kwistjoni tad-deduċibbiltà tal-VAT fuq dawn l-ispejjeż?

____________

1 Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23)