Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2009 - Sukup vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-73/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Viktor Sukup (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: Stéphane Rodriguez u Christophe Bernard-Glanz, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju "Amministrazzjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet individwali" tal-Kummissjoni Ewropea li ma tagħtix lir-rikorrent la l-allowance għat-tfal dipendenti u lanqas l-allowance għall-edukazzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara dan ir-rikors bħala ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni meħuda fit-22 ta' Jannar 2009 mill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrent u, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni meħuda fid-29 ta' Mejju 2009 mill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad l-ilment tiegħu;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________