Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2013 – ZZ vs EMA

(Kawża F-29/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent u t-talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Awwissu 2012 li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrent, li jtemm ir-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tat-30 ta’ April 2013 u li jqiegħdu fuq leave mhux volontarju;

tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Frar 2013 li tiċħad it-talba għat-tiġdid tal-kuntratt;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kif ukoll għall-ħlas lir-rikorrent ta’ EUR 25 000 għad-danni morali fil-konfront tiegħu.