Language of document :

Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2018 minn CeramTec GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-193/17 – CeramTec GmbH vs EUIPO

(Kawża C-463/18 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: CeramTec GmbH (rappreżentant: A. Renck, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ Jannar 2019, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.

____________