Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Settembru 2011 - Dittert vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/07) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2006 -Struttura ġdida tal-karrieri - Estensjoni tal-karriera permezz tal-introduzzjoni ta' gradi ġodda li ma għandhomx korrispettivi ekwivalenti fir-Regolamenti tal-Persunal preċedenti - Applikazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal, tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' Eżekuzzjoni applikabbli mill-2005 - Prinċipju ta' trattament ugwali - Effett retroattiv tad-deċiżjonijiet ta' promozzjoni għal data li tippreċedi l-1 ta' Mejju 2004 - Miżuri tranżitorji - Rikors manifestament inammissibbli)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Daniel Dittert (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: B. Cortese u C. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u K. Herrmann, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Arpio Santacruz u I. Šulce, sussegwentement M. Bauer, J. Monteiro u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2007 li tippromwovi lir-rikorrent għall-grad AD 9 u mhux għall-grad AD 10.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud.

D. Dittert u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 235, 06.10.07, p. 32