Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-25 ta' Mejju 2011 - Bombín Bombín vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-22/10) 1

"Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Leave għal raġunijiet personali - Leave annwali - Trasferiment ta' leave - Uffiċjal li ma għadux fis-servizz - Kumpens finanzjarju"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Luis María Bombín Bombín (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Pardo Pedernera, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li biha rrifjutat li tagħti lir-rikorrent, meta rtira, kumpens ta' iktar minn tnax-il ġurnata għal-leave li ma tteħidx.

Dispożittiv

Ir-rikors ta' L. M. Bombín Bombín huwa miċħud.

L. M. Bombín Bombín huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 148, 05/06.10, p. 54.