Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-30 taʼ Jannar 2013 – Wahlström vs Frontex

(Kawża F-87/11) 1

“Servizz Pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg – Proċedura – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Kompetenza”

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kari Wahlström (Alimos, il-Greċja), (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti.DispożittivId-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, tal-10 ta’ Diċembru 2010, li ma jiġix imġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ K. Wahlström hija annullata.L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn K. Wahlström.