Language of document :

Appell ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2018 minn Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-11 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-643/13, Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-568/18 P)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt, D. Jacob, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fil-11 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-643/13;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Settembru 2013, dwar ir-referenza GestDem 2013/1504;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji segwenti.

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1376/2006 1 għal rifjut ta’ aċċess liberu għall-informazzjoni ambjentali. Hija interpretat b’mod wiesgħa ħafna l-motiv ta’ rifjut previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/20012 , moqri flimkien mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Il-Qorti Ġenerali twettaq żball ta’ liġi meta tqis li l-informazzjoni dwar l-effiċjenza tad-diossidu tal-karbonju ta’ impjant industrijali hija informazzjoni kummerċjali sensittiva.

Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni ambjentali dwar l-emissjonijiet, bi ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni l-interess pubbliku superjuri għall-aċċess tal-informazzjoni ambjentali inwkistjoni invokat mill-appellanti.

____________

1     Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 3).

2     Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p 331).