Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjonijiet dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-DGE l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrentitannulla d-deċiżjonijiet dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tagħhom għal pensjoni qabel ma daħlu fis-servizz tal-Kummissjonitikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.