Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fid-9 ta’ Settembru 2019 – A.M. vs E.M.

(Kawża C-667/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A.M.

Konvenut: E.M.

Domandi preliminari

Sa fejn l-Artikolu 19(1)(f) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1223/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi 1 , jispeċifika li l-prodotti kożmetiċi b’kontenituri u imballaġġ estern għandu jkun fihom informazzjoni li ma titlaqx, ħafifa biex tinqara u viżibbli dwar il-funzjoni tal-prodott kożmetiku, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx tirriżulta b’mod ċar mill-preżentazzjoni tiegħu, dan għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda riferiment għall-funzjonijiet essenzjali tal-prodott kożmetiku fis-sens tal-Artkolu 2(1)(a) tar-Regolament, jiġifieri t-tindif (iż-żamma tal-indafa), il-kura u l-protezzjoni (iż-żamma f’kundizzjoni tajba), l-għoti ta’ riħa tfuħ, it-tisbiħ (il-bidla fid-dehra), jew għandu jinkludi iktar funzjonijiet speċjali li jagħmluha possibbli li l-proprjetajiet ta’ dan il-prodott kożmetiku jiġu identifikati?

L-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1223/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi u l-premessa 46 tal-imsemmi regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa possibbli li jkun hemm informazzjoni, imsemmija fil-paragrafu 1(d), (g) u (f) tal-imsemmi artikolu, bħalma huma prekawzjonijiet, ingredjenti u funzjonijiet, f’katalogu tal-impriża li jkopri wkoll prodotti oħra, billi fuq l-imballaġġ jintwera s-simbolu speċifikat fil-punt 1 tal-Anness VII?

____________

1 ĠU 2009, L 342, p. 59, rettifika fil-ĠU 2019, L 191, p. 12.