Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Lulju 2007 - Dethomas vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-93/06)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjal li qabel kien membru tal-persunal temporanju - Ħatra bħala uffiċjal - Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal ta' l-1 ta' Mejju 2004 - It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 32 - Klassifikazzjoni fi skala)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Dethomas (Rabat, il-Marokk) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropej (rappreżentant: inizjalment V. Joris u H. Kraemer, imbagħad H. Kraemer, agenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Jannar 2006, li taħtar lir-rikorrent, membru tal-persunal temporanju kklassifikat fil-grad A1*14, skala 8, bħala uffiċjal taħt prova tal-Komunitajiet Ewropej, safejn hija tikklassifikah fil-grad A*14, skala 2.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-11 ta' Jannar 2006 hija annullata safejn tikklassifika lis-Sur Dethomas, bħala Kap tad-Delegazzjoni tal-Kummissjoni għar-Renju tal-Marokk, fil-grad A*14, skala 2.

Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropej għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 237, 30.9.2006, p. 22.