Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Köln (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Frar 2019 – FZ vs DER Touristik GmbH

(Kawża C-153/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FZ

Konvenuta: DER Touristik GmbH

Domanda preliminari

Il-pretensjonijiet ta’ vjaġġatur kontra organizzatur tal-ivvjaġġar, taħt kuntratt tal-ivvjaġġar, għal tnaqqis fil-prezz minħabba nuqqasijiet fit-titjira marbuta ma’ dewmien tat-titjira jikkostitwixxu pretensjonijiet għal kumpens ulterjuri skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 261/2004 1 , u l-kumpens mogħti bħala riżultat tad-dewmien tat-titjira b’applikazzjoni mutatis mutandis tal-Artikolu 7 tar-Regolament jista’ jitnaqqas minn dawn il-pretensjonijiet skont l-Artikolu 12 ta’ dan ir-regolament?

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU 2004, L 46, p. 1; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).