Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Steiermark (l-Awstrija) fis-26 ta’ Mejju 2020 – LM
(Kawża C-219/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Steiermark
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: LM
Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Hartberg-Fürstenfeld
Intervenjenti: Österreichische Gesundheitskasse
Kompetenzzentrum LSDB
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali kif ukoll l-Artikolu 41(1) u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu dispożizzjoni li tipprevedi b’mod imperattiv terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin f’każ ta’ reat ta’ negliġenza f’proċeduri kriminali amministrattivi?
____________