Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-842/19)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels, A. Armenia, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju
Talbiet
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tikkonstata li billi ma osservax l-miżuri kollha li tinvolvi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ April 2018 mogħtija fil-Kawża C-110/17, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE;
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għal ħlas ta’ pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 22 076.55 għal kul jum ta’ dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-110/17, iċċitata iktar ’il fuq, mid-data ta’ meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża u sad-data ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-110/17, iċċitata iktar ’il fuq, li għandhom jitħallsu f’kont li ser jiġi indikat mill-Kummissjoni;
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju jew għall-ħlas ta’ somma f’daqqa minima ta’ EUR 2 029 000, jew, fil-każ li l-ammont tas-somma f’daqqa minima msemmija iktar ’il fuq jinqabeż, għal somma f’daqqa ta’ kuljum ta’ EUR 4 905.90 mid-data tal-għoti tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-110/17, iċċitata iktar ’il fuq, sad-data ta’ meta tingħata s-sentenza f’din il-kawża jew sad-data tal-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-Kawża C-110/17, iċċitata iktar ’il fuq, jekk din isseħħ qabel, li għandhom jitħallsu f’kont li ser jiġi indikat mill-Kummissjoni
tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tikkritika lir-Renju tal-Belġju tali ma adottatx il-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fit-12 ta’ April 2018.
____________