Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Višje sodišče v Ljubljani (is-Slovenja) fl-20 ta’ Jannar 2020 – ALPINE BAU GMBH, Salzburg – Sussidjarja ta’ Celje – fi stat ta’ falliment

(Kawża C-25/20)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Višje sodišče v Ljubljani

Parti fil-kawża prinċipali

Debitur insolventi: ALPINE BAU GMBH, Salzburg - Sussidjarja ta’ Celje - fi stat ta’ falliment

Domanda preliminari

L-Artikolu 32(2) tar-Regolament Nru 1346/2000 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplikaw għall-preżentazzjoni ta’ talbiet fi proċedura sekondarja mill-istralċjatur tal-proċedura prinċipali ta’ insolvenza, id-dispożizzjonijiet relatati mat-termini ta’ preżentazzjoni ta’ talbiet tal-kredituri u mal-konsegwenzi tal-preżentazzjoni tardiva abbażi tal-liġi tal-Istat fejn tiżvolġi l-proċedura sekondarja?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).