Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD) (il-Portugall) fit-23 ta’ Awwissu 2019 – PAGE Internacional, Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-630/19)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa - CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PAGE Internacional Lda

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domanda preliminari

L-interpretazzjoni korretta tal-Artikolu 168(a) u tal-Artikolu 176 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE 1 tat-28 ta’ Novembru 2006 u tal-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità, jippermettu li l-leġiżlatur Portugiż fl-Artikolu 21(1)(d) u (2)(d) tal-Código do Imposto sobre o Valor Acrescentado (il-Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, il-Portugall), approvat permezz tad-Decreto-Lei n.º 394-B/84 (id-Digriet Liġi Nru 394-B/84, il-Portugall) tas-26 ta’ Diċembru, jillimita għal 50 % d-dritt għal tnaqqis tal-VAT fuq spejjeż ta’ ikel, anki jekk il-persuna taxxabbli turi li t-totalità ta’ dawn l-ispejjeż kienet kollha kemm hi allokata għall-eżerċizzju tal-attività ekonomika tagħha ntaxxata?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2007, L 335, p. 16, u fil-ĠU 2018, L 32, p. 53).