Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-11 ta' Diċembru 2008 - Collotte vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-58/07)1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni tal-2006 - Kapaċità li uffiċjal jaħdem fit-tielet lingwa)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Pascal Collotte (Abstraat, il-Belgju) (rappreżentanti: inizjalment É. Boigelot, sussegwentement É. Boigelot u L. Defalque, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, sussegwentement C. Berardis-Kayser u L. Lozano Palacios, aġenti)

Parti intervenjenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss, minħabba li naqas li jipprova l-kapaċità tiegħu li jaħdem fit-tielet lingwa, għall-grad A*12 fil-proċedura ta' promozzjoni tal-2006 - Talba għad-danni.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li ma tinkludix l-isem ta' P. Collotte fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad A*12 fil-proċedura ta' promozzjoni tal-2006 hija annullata.

Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huma miċħuda.

Il-Kummussjoni tal-Komunitajiet Ewropej hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u dawk tar-rikorrent.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 199, 25.08.2007 p.50.