Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ fil-konfront ta’ ZB

(Kawża C-627/19 PPU) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali – Mandat ta’ arrest Ewropew – Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI – Artikolu 6(1) – Kunċett ta’ ‘awtorità ġudizzjarja emittenti’ – Kriterji – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur ta’ Stat Membru għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Parti fil-kawża prinċipali

ZB

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, filwaqt li tagħti l-kompetenza sabiex toħroġ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena lil awtorità li, filwaqt li tieħu sehem fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja ta’ dan l-Istat Membru, ma tkunx hija stess qorti, ma tipprevedix l-eżistenza ta’ rimedju ġudizzjarju separat kontra d-deċiżjoni ta’ din l-awtorità li toħroġ tali mandat ta’ arrest Ewropew.

____________

1     ĠU C 383, 11.11.2019.