Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Awwissu 2011 - ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-76/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: R. Guarino, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex jikseb allowance ta' espatrijazzjoni.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta' April 2011;

konsegwentement, tiddikjara d-dritt tar-rikorrent għall-allowance ta' espatrijazzjoni prevista mill-Artikolu 4 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-imsemmija allowance mis-16 ta' Awwissu 2010, id-data li fiha daħal fis-servizz ir-rikorrent, flimkien mal-interessi kumpensatorji ta' kull xahar sakemm isir il-ħlas effettiv;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

____________