Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2014 – ZZ vs EMA

(Kawża F-135/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Agenzija Ewropea tal-Medicini (EMA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi assenjat stat mhux attiv.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-EMA tal-31 ta’ Jannar 2014 li assenjat lir-rikorrent stat mhux attiv mill-1 ta’ Frar 2014 sal-allegata skadenza tal-kuntratt tiegħu fil-15 ta’ Marzu 2014, kif ukoll l-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża allegatament sabiex “tikkjarifikaˮ r-raġuni tal-istat mhux attiv assenjat lilu;

tannulla, sa fejn huwa neċessarju, id-deċiżjoni tal-EMA tal-15 ta’ Awwissu 2014 li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent tal-24 ta’ April 2014 kontra d-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq;

tirrimedja għad-dannu morali subit mir-rikorrent, stmat għal EUR 20 000; u

tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent għal dan ir-rikors.