Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2015 – FR vs EASA

(Kawża F-51/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: FR (rappreżentanti: L. Levi and A. Blot, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tkeċċi lir-rikorrent fi tmiem il-perijodu ta’ prova tiegħu u talba għal kumpens fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament subit.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2014;

sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2014;bħala konsegwenza, jordna l-kumpens għall-preġudizzju materjali subit kieku r-rikorrent ma jkunx integrat mill-ġdid fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA);jikkundanna lill-EASA tħallas kumpens għad-dannu morali subit, evalwat ex auquo et bono u provviżorjament għal EUR 5 800;jikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż.