Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach (il-Polonja) fl-4 ta’ Diċembru 2019 – A. vs Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

(Kawża C-895/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Gliwicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A.

Konvenut: Dyrektor Krajowej Informacji Skarbowej

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 167 u 178 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis tat-taxxa tal-input matul perijodu taxxabbli li jkun l-istess perijodu bħal dak li matulu t-taxxa tal-input hija dovuta fuq tranżazzjonijiet li jikkostitwixxu akkwisti intrakomunitarji ta’ oġġetti, huwa suġġett għall-indikazzjoni tat-taxxa dovuta għal dawn it-tranżazzjonijiet fid-dikjarazzjoni fiskali xierqa, sottomessa f’terminu ta’ dekadenza li, fil-Polonja, huwa ta’ tliet xhur minn tmiem ix-xahar li matulu jkun ġie fis-seħħ l-obbligu fiskali relatat mal-oġġetti u mas-servizzi akkwistati?

____________

1 ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.