Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-2 ta’ Diċembru 2019 – FORMAT Urządzenia i Montaże Przemysłowe vs Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddziałowi w Warszawie

(Kawża C-879/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FORMAT Urządzenia i Montaże Przemysłowe

Konvenut: Zakład Ubezpieczeń Społecznych I Oddział w Warszawie

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ persuna normalment impjegata fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar, użat fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament (KE) Nru 118/97 tat-2 ta’ Diċembru 1996 1 , kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jirrigwarda persuna li, fil-kuntest tal-istess uniku kuntratt tax-xogħol konkluż mal-istess unika persuna li timpjega, twettaq, matul il-perijodu kopert minn dan il-kuntratt, xogħol fit-territorju rispettiv ta’ minn tal-inqas żewġ Stati Membri, mhux b’mod kontemporanju jew parallel, iżda matul perijodi ta’ numru ta’ xhur direttament konsekuttivi?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3.

2     ĠU 2006, L 392, p. 1.