Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fis-6 ta' Marzu 2009 - Volker und Markus Schecke GbR vs Land Hessen

(Kawża C-92/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Volker und Markus Schecke GbR

Konvenut: Land Hessen

Domandi preliminari

Il-punt 8b tal-Artikolu [42] u l-Artikolu 44a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta' Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 209, p. 1), introdotti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1437/2007, tas-26 ta' Novembru 2007, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 322, p. 1) huma invalidi?

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008 tat-18 ta' Marzu 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta' tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 76, p. 28)

huwa invalidu,

jew validu biss minħabba l-invalidità tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Marzu 2006, dwar iż-żamma ta' data ġenerata jew proċessata b'konnessjoni mal-provvista ta' servizzi pubblikament disponibbli ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' networks ta' komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54)?

Fil-każ li d-dispożizzjonijiet iċċitati fl-ewwel u t-tieni domanda huma validi:

it-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pubblikazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta' Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta' tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), tista' sseħħ biss jekk tkun preċeduta mill-proċedura prevista minn dan l-artikolu minflok in-notifika lill-awtorità ta' superviżjoni?

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-pubblikazzjoni taħt ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 259/2008, tat-18 ta' Marzu 2008, li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-pubblikazzjoni ta' tagħrif dwar il-benefiċjarji tal-fondi ġejjin mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), tista' sseħħ biss jekk titwettaq il-verifika minn qabel li d-dritt nazzjonali jistabbilixxi għal dan il-każ?

Fil-każ ta' risposta fl-affermattiv għar-raba' domanda: l-Artikolu 20 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li verifika minn qabel mhijiex valida meta ssir fuq il-bażi ta' reġistru, fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 18(2) ta' din l-istess direttiva, li ma jinkludix l-informazzjoni mandatorja kollha?

L-Artikolu 7 - b'mod partikolari s-subparagrafu (e), f'dan il-każ - tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta' Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, p. 31), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi prattika ta' reġistrazzjoni tal-indirizzi IP tal-utenti ta' sit Internet, mingħajr il-kunsens espress tagħhom?

____________