Language of document : ECLI:EU:T:2011:147





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ April 2011 – Xeda International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/10 R II)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Direttiva 91/414/KEE – Deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 – Talba oħra għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ċaħda tat-talba - Possibbiltà li titressaq talba ġdida - Kundizzjoni - Fatti ġodda - Kunċett (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 109) (ara l-punti 12, 13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Talba ġddia għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414 - Obbligu ta’ rtirar ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti li għandhom l-imsemmija sustanza diġà eżegwita mill-Istat Membri - Impossibbiltà legali ta’ proroga tat-terminu ta’ grazzja mogħti għall-bejgħ tal-imsemmija prodotti - Preġudizzju finanzjarju inqas mil-livell ta’ gravità ta’ 10 % - Nuqqas ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 109) (ara l-punti 20-28)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar in-noninklużjoni ta’ diphenylamine fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 314, p. 79).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.