Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-27 ta' Settembru 2011 - Whitehead vs Il-Bank Ċentrali Ewropew
(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Proċedura ta' reviżjoni annwali tas-salarji u tal-bonusijiet - Sena finanzjarja 2008 - Proċedura annwali ta' evalwazzjoni - Kriterji ta' evalwazzjoni - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal - Teħid inkunsiderazzjoni tal-leave tal-mard - Iffissar tal-għanijiet)
Lingwa tal-kawża:l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sarah Whitehead (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment rappreżentat minn F. Feyerbacher u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat, sussegwentement minn E. Carlini u G. Nuvoli, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Fl-ewwel lok, it-talba tar-rikorrenti għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li tingħatalha żieda fis-salarju ta' żewġ punti, fil-kuntest tal-Annual salary and Bonus Review għas-sena 2008, kif ukoll li tiġi rrimborsata d-differenza bejn iż-żieda fis-salarju li rċeviet u dik li għaliha tallega li għandha dritt. Fit-tieni lok, it-talba intiża għall-kumpens għad-danni morali subiti.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
S. Whitehead għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Bank Ċentrali Ewropew.
____________1 - ĠU C 24, 30.01.2010, p. 82.