Language of document :

Appell ippreżentat fil-11 ta’ Ġunju 2019 minn SA Close, Cegelec mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-9 ta’ April 2019 fil-Kawża T-259/15, Close u Cegelec vs Il-Parlament

(Kawża C-447/19 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: SA Close, Cegelec (rappreżentanti: J.-L. Teheux, J.-M. Rikkers, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti fl-ewwel istanza u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni mogħtija fid-19 ta’ Marzu 2015 mill-Parlament li tagħti l-kuntratt pubbliku għal xogħlijiet dwar il-“proġett ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu” lot 73 (impjant ta’ produzzjoni ta’ enerġija), referenza INLO-D-UPIL-T-14-A04, lill-Association Momentanée ENERGIE-KAD (komposta mill-kumpanniji MERSCH et SCHMITZ PRODUCTION SARL u ENERGOLUX SA) u korrelattivament li ma ġietx magħżula l-offerta tal-appellanti;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipal

Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali naqset mill-obbligu ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 113(2) tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 161(2) u (3) tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Qorti Ġenerali allegatament żnaturat ukoll il-portata tat-tieni motiv imqajjem fl-ewwel istanza, tat portata ineżatta lill-kunċett ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni, lill-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u lill-obbligi li huma l-korollarju tiegħu u wettqet żball ta’ analiżi li wassal għal żnaturament tal-fatti u tal-provi.

Fl-aħħar nett l-appellanti jsostnu li s-sentenza appellata ma hijiex suffiċjentement immotivata inkwantu mkien ma ssemmi argumenti li huma kienu qajmu.

____________