Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Lukovit (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Ġunju 2020 – VB vs Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti

(Kawża C-262/20)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Lukovit

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VB

Konvenut: Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti

Domandi preliminari

Il-protezzjoni effettiva taħt l-Artikolu 12(a) tad-Direttiva 2003/88/KE 1 tirrikjedi li t-tul normali tax-xogħol ta’ bil-lejl għall-pulizija u għall-persunal tat-tifi tan-nar ikun iqsar mit-tul normali tax-xogħol matul il-ġurnata?

Il-prinċipju ta’ ugwaljanza, irrikonoxxut fl-Artikoli 20 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jirrikjedi li t-tul normali tax-xogħol ta’ bil-lejl ta’ seba’ sigħat ta’ xogħol għall-ħaddiema fis-settur privat, kif iffissat fid-dritt nazzjonali, għandu japplika wkoll għall-ħaddiema fis-settur pubbliku, inkluż għall-pulizija u għall-persunal tat-tifi tan-nar?

Sabiex jintlaħaq b’mod effettiv l-għan iddikjarat fil-premessa 8 tal-preambolu tad-Direttiva 2003/88, jiġifieri li jiġi llimitat it-tul tax-xogħol ta’ bil-lejl, huwa meħtieġ li d-dispożizzjoni nazzjonali legali tispeċifika t-tul normali tax-xogħol ta’ bil-lejl, inkluż għall-membri tal-persunal fis-settur pubbliku?

____________

1     Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).