Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ottubru 2007 - Behmer vs Il-Parlament

(Kawża F-124/07)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Joachim Behmer (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) tal-Parlament Ewropew li tagħti żewġ punti ta' mertu lir-rikorrent għas-sena 2005;

tannulla d-deċiżjoni ta' l-AIPN li ma tippromwovix lir-rikorrent għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2006;

tordna li l-konvenut għandu jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent, uffiċjal tal-Parlament Ewropew ta' grad AD 12, jeċċepixxi qabel kollox l-illegalità tad-deċiżjonijiet ta' l-AIPN, minn naħa, li tagħti żewġ punti ta' mertu lir-rikorrent għas-sena 2005 u min-naħa l-oħra, li ma tippromwovihx għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta' promozzjoni 2006.

Ir-rikorrent jinvoka l-iżball manifest ta' evalwazzjoni, il-ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni, il-ksur tal-punt I.6 tal-miżuri ta' applikazzjoni dwar l-għoti ta' punti ta' mertu u dwar il-promozzjoni kif ukoll tal-ksur tal-prinċipji ġenerali ta' prospetti ta' karriera u ta' trattament ugwali.

B'mod partikolari, huwa jsostni l-ksur ta' l-Artikolu 45 u ta' l-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-eċċezzjoni ta' illegalità u l-ksur tal-prinċipju ta' l-aspetattivi leġittimi.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li huwa kien is-suġġett ta' diskriminazzjoni minħabba l-attivitajiet tiegħu ta' rappreżentanza tal-persunal, bi ksur ta' l-Artikolu 1d, u ta' l-Artikolu 24b tar-Regolamenti, tas-sitt sub paragrafu ta' l-Artikolu 1 ta' l-anness II tar-Regolamenti, kif ukoll ta' l-Artikolu 17 tal-Ftehim ta' Qafas tat-12 ta' Lulju 1990 bejn il-Parlament Ewropew u s-sindakati jew l-organizzazzjonijiet professjonali tal-persunal ta' l-istituzzjoni.

____________