Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Ottubru 2007 - Simonis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: Irmantas Šimonis (il-Lussemburgu) (rappreżentant: V. Vilkas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej li biha hija, waqt il-proċedura ta' għażla sabiex jimtela l-post li huwa s-suġġett ta' l-avviż ta' post vakanti Nru COM/2007/142, irrinunzjat li titlob it-trasferiment tar-rikorrent lill-Kumissjoni u warrbet il-proċedura ta' għażla ;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' Awwissu 2007, li biha ċaħdet l-ilment Nru R/273/07 ppreżentat mir-rikorrent fis-27 ta' April 2007 ;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

In sostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent iqajjem tliet motivi, li minnhom l-ewwel huwa bbażat fuq ksur ta' l-aspettattivi leġittimi tiegħu, li nħolqu mill-konklużjoni, fl-2005, ta' ftehim interistituzzjonali bejn il-kapijiet ta' l-amministrazzjoni li ppreveda li terminu ta' tliet snin għandu jkun għadda qabel ma jsir kull trasferiment interistituzzjonali ta' persunal li beda jaħdem l-ewwel darba.

Fit-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-illegalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni minħabba nuqqas ta' motivazzjoni, mill-fatt illi hija mhijiex proporzjonata għall-interess imħares u mill-fatt li l-Kummissjoni eċċediet il-limiti tas-setgħa ta' diskrezzjoni tagħha. Ir-rikorrent isostni, barra minn hekk, li d-deċiżjoni tagħmel diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità.

Fit-tielet motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni ksur tal-prinċipju ta' amministrazzjoni tajba u ta' l-obbligu ta' premura.

____________