Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2018 – Eurowings GmbH vs JJ u KI

(Kawża C-557/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurowings GmbH

Konvenuti: JJ, KI

Domanda preliminari

Id-distanza totali tat-titjira li għandha tintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tad-dritt għal kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 tapplika wkoll meta mal-wasla tal-passiġġier fid-destinazzjoni finali jkun hemm dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar bħala riżultat biss ta’ dewmien/kanċellazzjoni tat-titjira ta’ konnessjoni, iżda t-titjira feeder kienet fil-ħin, fejn iż-żewġ titjiriet kienu operati minn operaturi tal-ajru differenti u l-konferma tar-riżervazzjoni nħarġet minn operatur tat-tours li organizza flimkien it-titjiriet għall-klijent tiegħu.

____________

1 Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)