Rikors ippreżentat fis-7 ta' Jannar 2008 - Blais vs Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża F-6/08)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Jessica Blais (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Karthaus, avukat)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Awwissu 2007 li tirrifjuta l-għoti tal-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni fil-forma ta' nota tal-President tal-Bank Ċentrali Ewropew datata 8 ta' Novembru 2007;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li tirrifjuta li r-rikorrenti tingħata l-benefiċċju ta' l-espatrijazzjoni, għar-raġuni li, fl-għaxar snin ta' qabel ma bdiet taħdem mal-BĊE, ma kenitx tirrisjedi barra mit-territorju ta' l-Istat Membru li fih jinsabu l-uffiċini tiegħu, skond l-Artikolu 17(ii), tal-Conditions of Employment (CoE).
____________