Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-29 ta' Settembru 2010
Brune vs Il-Kummissjoni
(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta' iskrizzjoni fil-lista ta' riżerva - Żvolġiment tal-eżami orali - Stabbiltà tal-Bord tal-Għażla)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Markus Brune (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: H. Mannes, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tniżżilx lir-rikorrent fil-lista ta' riżerva għall-kompetizzjoni AD 26/05 minħabba r-riżultat insuffiċjenti tal-eżami orali tiegħu mill-eżami orali tiegħu.
Dispożittiv
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-10 ta' Mejju 2007, li ma tniżżilx lil M. Brune fuq il-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/26/05 hija annullata.
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż kollha.
____________1 - ĠU C 64, 08.03.2008, p. 69.