Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 - Ridolfi vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-3/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Ridolfi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewoprej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta lir-rikorrent il-benefiċċju tat-taħriġ mill-ġdid u ż-żamma tal-allowances għall-edukazzjoni biż-żieda għaż-żewġt itfal il-kbar tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta' Marzu 2008 li tirrifjuta lir-rikorrent il-benefiċċju tat-taħriġ mill-ġdid u ż-żamma tal-allowances għall-edukazzjoni biż-żieda għaż-żewġt itfal il-kbar tiegħu;

tannulla kull deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda f'eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta' Marzu 2008 iċċitata iktar 'il fuq, b'mod partikolari n-nota tal-Kap tas-Sezzjoni "Drittijiet u obbligi tal-uffiċjali u tal-membri tal-persunal bil-kuntratt" tad-Direttorat Servizzi Esterni tad-DĠ RELEX tat-12 ta' Diċembru 2008, għall-irkupru tas-somma ta' EUR 1 295.38;

safejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjoni espliċita tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2008 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent, skont l-Artikolu 90(2), fil-5 ta' Ġunju 2008;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________