Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-17 ta’ Diċembru 2019 – Van Ameyde España S.A. vs GES Seguros y Reaseguros S.A.

(Kawża C-923/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Van Ameyde España S.A.

Konvenuta: GES Seguros y Reaseguros S.A.

Domanda preliminari

L-aħħar paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, moqri flimkien mal-Artikolu 1 tal-istess direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali (Artikolu 5(2) tal-Ley sobre responsabilidad civil y seguro en la circulación de vehículos a motor (il-Liġi dwar ir-responsabbiltà ċivili u l-assigurazzjoni għall-użu ta’ vetturi bil-mutur)), li abbażi tagħha, f’każijiet bħal dawk tal-kawża prinċipali, jitqies li d-danni kkawżati lill-karru huma esklużi mill-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi fil-forma ta’ traktor jew ta’ trakk li jirmonkaw il-karrijiet għaliex il-karru huwa assimilat mal-merkanzija ttrasportata fuq il-vetturi fil-forma ta’ traktor jew ta’ trakk li jirmonkaw il-karrijiet, jew ukoll għaliex, għall-finijiet tad-danni materjali, il-karru jitqies bħala li jifforma vettura waħda mat-traktor jew mat-trakk li jirmonkawh?

____________

1 ĠU 2009, L 263, p. 11.