Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal d’instance de Sens (Franza) fit-30 ta’ Awwissu 2018 – X

(Kawża C-562/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance de Sens

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Parti oħra fil-proċedura: Procureur de la République

Domandi preliminari

L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea interpretat fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà, minn naħa, u l-Artikolu 39(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, jippermettu t-tneħħija tad-dritt tal-vot ta’ persuna fl-elezzjonijiet Ewropej minħabba l-istabbiliment ta’ miżura ta’ tutela dovuta għad-diżabbiltà mentali tagħha?

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv, id-dritt Ewropew jeżiġi kundizzjonijiet partikolari għal din it-tneħħija, u jekk iva, liema?

____________