Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneuburg (l-Awstrija) fit-30 ta’ Novembru 2018 – Bulgarian Air Charter Limited vs NE

(Kawża C-758/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bulgarian Air Charter Limited

Konvenuta: NE

Domandi preliminari

L-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 1 , għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur tal-ajru effettiv jista’ biss jinvoka l-eżistenza ta’ ċirkustanzi straordinarji sabiex jeżonera ruħu mir-responsabbiltà skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 fil-każ ta’ dewmien twil, meta jkun jista’ wkoll jistabbilixxi u jipproduċi prova li d-dewmien sostnut minn passiġġier individwali lanqas ma seta’ jiġi evitat permezz ta’ riżervazzjoni ta’ titjira bi trasport alternattiv?

Il-modifika tar-riżervazzjoni li hemm riferiment għaliha fl-ewwel domanda għandha tissodisfa kriterji iktar speċifiċi fuq livell temporali jew kwalitattiv, b’mod partikolari l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tar-Regolament Nru 261/2004 jew dawk stabbiliti fl-Artikolu 8(1)(b) u (ċ) tal-istess regolament?

____________

1 ĠU 2004, L 46, p. 1