Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ġunju 2012 – Cristina vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/11) 1

“Servizz pubbliku – Kompetizzjoni ġenerali – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni għal nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni – Rimedji ġudizzjarji – Azzjoni ġudizzjarja ppreżentata mingħajr ma stenniet id-deċiżjoni fuq l-ilment amministrattiv – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet speċifiċi għal ammissjoni għall-kompetizzjoni – Esperjenza professjonali meħtieġa”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alma Yael Cristina (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u P. Pecho, sussegwentement minn B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni “EPSO/AST/111/10 (AST 1)” li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

A. Y. Cristina għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 282 24.09.2011 p. 51.