Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland, Verfassungsgerichtshof – l-Irlanda, l-Awstrija) – Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12), Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl et (C-594/12) vs Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General
(Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12) 1
(Komunikazzjonijiet elettroniċi –Direttiva 2006/24/KE – Servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika – Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ tali servizzi – Validità – Artikoli 7, 8 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż u l-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland, Verfassungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12), Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl et (C-594/12)
Konvenuti: Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General
Fil-preżenza ta’: Irish Human Rights Commission
Suġġett
(Kawża C-293/12)
Talba għal deċiżjoni preliminari - High Court of Ireland - Interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 4 u 6 tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 106, p.54) - Limitazzjoni tad-drittijiet tar-rikorrenti fil-qasam tat-telefonija mobbli - Kompatibbiltà mal-Artikoli 7, 8, 10 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-594/12)
Talba għal deċiżjoni preliminari - Verfassungsgerichtshof - Validità tal-Artikoli 3 sa 9 tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54) fid-dawl tal-Artikoli 7, 9 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 7, 8, 52 u 53 tagħha, tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102) - Rikors kostituzzjonali fuq l-eventwali inkostituzzjonalità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi federali fuq it-telekomunikazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika
Dispożittiv
Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE, hija invalida.
____________1 ĠU C 258, 25.08.2012
ĠU C 79, 16.03.2013