Language of document : ECLI:EU:T:2008:503





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-14 ta’ Novembru 2008 – Artisjus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-411/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-waqfien ta’ prattika miftiehma dwar it-tmexxija kollettiva tad-drittijiet tal-awtur — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - “Fumus boni juris” - Urġenza – Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika (Artikoli 225(1) KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 22-25)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 36, 37, 41, 58)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 3 u tal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 3435 finali, tas-16 ta’ Lulju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C2/38.698 — CISAC), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.