Language of document : ECLI:EU:F:2011:158

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

28 ta’ Settembru 2011

Kawża F‑66/06

Kalliopi Kyriazi

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Kompetizzjoni interna ppubblikata qabel l-1 ta’ Mejju 2004 — Membru tal-persunal temporanju inkluż fil-lista ta’ kandidati xierqa qabel l-1 ta’ Mejju 2006 — Klassifikazzjoni fil-grad — Artikolu 5(4) u Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Allowance segretarjali — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

Suġġett:      Rikors, li wasal fir-Reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-16 ta’ Ġunju 2006, li fih K. Kyriazi ppreżentat il-preżenti rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2005, innotifikata fl-20 ta’ Settembru 2005, li ħatritha uffiċjal bi prova mis-16 ta’ April 2005, sa fejn din id-deċiżjoni tikklassifikaha fil-grad intermedjarju C*1, li sar AST 1, skala 2, kif ukoll l-annullament ta’ kull att konsekuttiv u/jew relatati ma’ din id-deċiżjoni, kif ukoll id-deċiżjoni li tneħħilha l-allowance segretarjali mingħajr ma tingħatalha mill-ġdid wara l-ħatra tagħha bħala uffiċjal permanenti.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud. Ir-rikorrenti u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Il-Kunsill, intervenjent, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.      

Sommarju

1.      Uffiċjali — Rikorsi — Ilment amministrattiv li għandu jitressaq qabel — Termini — Bidu tad-dekorrenza — Rikors kontra deċiżjoni ta’ waqfien ta’ allowance — Komunikazzjoni tar-rendikont tar-remunerazzjoni li jirrifletti din id-deċiżjoni — Kundizzjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 90(2), u 91)

2.      Uffiċjali — Reklutaġġ — Ħatra fi grad — Ħatra fi grad tal-grupp ta’ funzjonijiet indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni — Introduzzjoni ta’ struttura ġdida tal-karrieri permezz tar-Regolament Nru 723/2004 — Dispożizzjonijiet tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad — Kandidati li għaddew minn kompetizzjoni inklużi fil-listi ta’ kandidati xierqa qabel l-1 ta’ Mejju 2006 u rreklutati wara l-1 ta’ Mejju 2004 — Applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet ġodda — Traspożizzjoni ta’ gradi indikati fl-avviżi ta’ kompetizzjoni fi gradi intermedji — Legalità

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 31(1); Anness XIII, Artikoli 2(1) u 12(3); Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej, Anness, Artikolu 1; Regolament tal-Kunsill Nru 723/2004)

3.      Uffiċjali — Reklutaġġ — Ħatra fi grad — Introduzzjoni ta’ struttura ġdida tal-karrieri permezz tar-Regolament Nru 723/2004 — Dispożizzjonijiet tranżitorji ta’ klassifikazzjoni fi grad — Kandidati li għaddew minn kompetizzjoni inklużi fil-listi ta’ kandidati xierqa qabel l-1 ta’ Mejju 2006 u rreklutati wara l- ta’ Mejju 2004 — Applikazzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Kundizzjonijiet

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 31(1); Anness XIII, Artikoli 5(4), 12(3), u 13(1); Regolament tal-Kunsill Nru 723/2004)

4.      Uffiċjali — Reklutaġġ — Ħatra fi grad u klassifikazzjoni fi skala — Membru tal-persunal temporanju maħtur uffiċjal — Żamma tal-grad u tal-iskala ta’ membru tal-persunal temporanju — Kundizzjonijiet

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 32; Anness XIII, Artikolu 5(4); Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej, Artikolu 8)

1.      Skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ilment kontra att li jikkawża preġudizzju, b’mod partikolari kontra deċiżjoni ta’ waqfien tal-allowance segretarjali għandu jsir f’terminu ta’ tliet xhur “fid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-persuna kkonċernata, iżda fl-ebda każ mhux aktar tard mid-data meta ta’ dan ta’ l-aħħar irċieva t-tali notifika, jekk il-miżura taffettwa persuna speċifika”.

Huwa veru li, b’mod ġenerali, li jkun rikjest li l-uffiċjal ikkonċernat ikollu l-obbligu li jressaq ilment l-iktar tard fi żmien tliet xhur mill-wasla tar-rendikont tar-remunerazzjoni li tippermettilu li jkollu b’mod utli għarfien tad-deċiżjoni kontenzjuża jfisser li, f’dan il-każ, ikun mingħajr ebda sustanza t-tieni paragrafu tal-Artikolu 25 u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal, li l-għan tagħhom huwa preċiżament li jippermettu lill-uffiċjali li effettivament ikunu mgħarrfa bid-deċiżjonijiet relattivi, b’mod partikolari, bl‑istatus amministrattiv tagħhom u li jasserixxu d-drittijiet tagħhom iggarantiti taħt ir-Regolamenti tal-Persunal.

Fil-każ li, għall-kuntrarju, l-istituzzjoni ma hijiex obbligata li tadotta deċiżjoni separata peress li r-rabta regolatorja bejn ir-rikorrent u l-istituzzjoni kienet interrotta u li, għal din ir-raġuni, ir-rikorrent, li ma għadux jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni personali tal-Artikolu 18 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, ma jkunx intitolat għal din l-allowance, peress li r-Regolamenti tal-Persunal ma jipprekludux li jkun hemm l-obbligu li jitressaq ilment l-iktar tard fi żmien tliet xhur mill-wasla tar-rendikont tar-remunerazzjoni.

(ara l-punti 48, 52 u 54)

Referenza:

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 28 ta’ Ġunju 2006, Grünheid vs Il-Kummissjoni, F‑101/05, punt 52

2.      L-Artikolu 31(1) tar-Regolamenti jipprovdi li l-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni għandhom jinħatru għall-grad tal-grupp tal-funzjoni, ippreżentat fl-avviż tal-kompetizzjoni li għaddew minnha.

Isegwi neċessarjament minn din id-dispożizzjoni li kandidati li għaddew minn kompetizzjoni ta’ aċċess għas-servizz pubbliku għandhom jinħatru uffiċjali bi prova fil-grad indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni li fi tmiem tagħha jkunu ġew irreklutati. Madankollu, id-determinazzjoni tal-importanza tal-postijiet vakanti u tal-kundizzjonijiet tal-ħatra tal-kandidati li għaddew mill-kompetizzjoni għal dawn il-pożizzjonijiet, li l-istituzzjoni tkun wettqet taħt id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal preċedenti fl-abbozzar tal-avviż tal-kompetizzjoni, ma tistax testendi l-effetti tagħha lil hinn mill-1 ta’ Mejju 2004, id-data li ġiet adottata mil-leġiżlatur tal-Unjoni għad-dħul fis-seħħ tal-istruttura l-ġdida tal-karriera għall-uffiċjali.

Id-dritt tal-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni li jingħataw il-grad indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni jista’ jiġi applikat biss fejn il-liġi tkun kostanti, peress li l-legalità ta’ deċiżjoni għandha tiġi evalwata skont il-punti ta’ liġi fis-seħħ fiż-żmien meta hija ġiet adottata u li din id-dispożizzjoni ma tistax, għaldaqstant, tobbliga lill-Awtorità tal-Ħatra li tieħu deċiżjoni mhux konformi mar-Regolamenti tal-Persunal kif emendati mil-leġiżlatur, u għaldaqstant, illegali.

Il-miżura tranżitorja li tinsab fl-Artikolu 2(1) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal kienet maħsuba biss sabiex tikkonverti, fl-1 ta’ Mejju 2004, il-gradi li kellhom l-uffiċjali u l-membri tal-persunal fit-30 ta’ April 2004, sabiex jagħmluhom applikabbli għal struttura ġdida tal-karriera meħtieġa li kellhom jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2006. Din id-dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 1 tal-Anness tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, tkopri biss dawk li, fl-1 ta’ Mejju 2004, kienu diġà kklassifikata f’waħda mill-gradi indikati fil-kolonna intitolata “former grades [gradi preċedenti]” peress li l-leġiżlatur kellu l-intenzjoni li tinżamm is-sitwazzjoni miksuba mill-persunal qabel dik id-data. Fil‑każ ta’ membri tal-persunal temporanji, is-sitwazzjoni miksuba madankollu setgħet tiġi ggarantita biss sakemm tibqa’ teżisti rabta rregolata mir-Regolamenti tal-Persunal.

It-tneħħija, mill-1 ta’ Mejju 2004, tal-gradi ta’ klassifikazzjoni fil-karrieri speċifikati f’dawn l-avviżi ta’ kompetizzjoni, li tirriżulta mid-dħul tas-sistema l-ġdida tal-karrieri, wasslet sabiex il-leġiżlatur jadotta d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal u, b’mod partikolari, l-Artikolu 12(3) tiegħu, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni fil-grad tal-kandidati li għaddew minn kompetizzjonijiet ippubblikati qabel jew wara l-1 ta’ Mejju 2004, inklużi fil-listi ta’ kandidati xierqa qabel l-1 ta’ Mejju 2006 u rreklutati bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-1 ta’ Mejju 2006.

Huwa veru li t-tabella fl-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li tittrasponi l-gradi indikati fl-avviżi ta’ kompetizzjoni fil-gradi intermedji ta’ reklutaġġ, ma taqbilx mat-tabella tal-Artikolu 2(1) ta’ dan l-anness, li fiha l-gradi preċedenti tal-uffiċjali fil-pożizzjoni ta’ qabel l-1 ta’ Mejju 2004 nbidlu għal gradi intermedji ġodda.

Madankollu, il-leġiżlatur jista’ jadotta għall-futur, fl-interess tas-servizz, bidliet għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal, anki jekk id-dispożizzjonijiet emendati huma inqas favorevoli minn dawk preċedenti.

(ara l-punti 61 sa 65 u 68 sa 70)

Referenza:

Il-Qorti tal-Gustizzja: 22 ta’ Diċembru 2008, Centeno Mediavilla et vs Il-Kummissjoni, C‑443/07 P, punt 100

Il-Qorti tal-Prim’Istanza: 30 ta’ Settembru 1998, Ryan vs Il-Qorti tal-Awdituri, T‑121/97, punt 98; 11 ta’ Lulju 2007, Centeno Mediavilla et vs Il‑Kummissjoni, T‑58/05, punt 109

3.      L-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII ikopri l-membri tal-persunal temporanji mniżżla “li isimhom jidher [...] fuq il-lista tal-kandidati tajbin għat-trasferimenti minn kategorija għal oħra” kif ukoll dawk “fuq il-lista tal-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni interna”. Għalkemm kompetizzjoni għal “trasferiment ta’ ketogrija” hija wkoll, min-natura tagħha, kompetizzjoni interna, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata b’mod li tagħtiha effettività, billi tevita kemm jista’ jkun, kwalunkwe interpretazzjoni li twassal għall-konklużjoni li din id-dispożizzjoni hija żejda. Jidher għaldaqstant li l-leġiżlatur ried li jkopri, permezz ta’ “kompetizzjoni interna”, il-kompetizzjonijiet sabiex il-membri tal-persunal temporanji jsiru permanenti; li l-għan tagħhom huwa li jkun hemm, fl-osservanza tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal kollha li jirregolaw l-aċċess għas-servizz ċivili Ewropew, ir-reklutaġġ, bħala uffiċjali, ta’ membri tal-persunal li diġà għandhom xi esperjenza fl-istituzzjoni u li kienu wrew l-abbiltà tagħhom sabiex jokkupaw l-impjiegi li għandhom jimtlew. Din l-interpretazzjoni hija sostnuta mit-termini tal-Artikolu 5(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jkopru biss l-uffiċjali mniżżla “fuq il-lista tal-kandidati tajbin għat-trasferimenti minn kategorija għal oħra”, mingħajr ma jsemmi l-uffiċjali “fuq il‑lista tal-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni interna”. Tali riferiment ma kienx ikollu ġustifikazzjoni li kieku peress li ma hemm l-ebda raġuni li minħabba fiha membri tal-persunal li huma diġà uffiċjali jsiru permanenti.

Sabiex ikun applikabbli l-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII, għandu jkun hemm tranżizzjoni minn “kategorija preċedenti” għal “kategorija ġdida” , fi tmiem jew kompetizzjoni li wasslet għall-istabbiliment ta’ “lista tal-kandidati tajbin għat-trasferimenti minn kategorija għal oħra” jew kompetizzjoni interna sabiex membri tal-persunal temporanju jsiru permanenti, li għandha l-effett li twassal għal tali trasferiment ta’ kategorija. B’hekk il-leġiżlatur tbiegħed, fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tiegħu kemm tad-dispożizzjonijiet tranżitorji kif ukoll tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni, mir-regola ġenerali għall-klassifikazzjoni ta’ uffiċjali rreklutati ġodda, stabbilita fl-Artikolu 31(1) tar-Regolamenti tal-Persunal, kif issupplimentata mill-Artikolu 12(3) jew mill-Artikolu 13(1) tal-Anness XIII tal-imsemmija Regolamenti tal-Persunal, fir-rigward tal-kandidati li għaddew minn kompetizzjoni inklużi fil-lista ta’ kandidati xierqa qabel l-1 ta’ Mejju 2006 u rreklutati, rispettivament, bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u t-30 ta’ April 2006 , u wara l- 1 ta’ Mejju 2006, billi tirriżerva l-benefiċċju tal-klassifikazzjoni fi grad barra dak indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni għall-membri tal-persunal rreklutati bħala uffiċjali bi prova li diġà għandhom esperjenza tal-istituzzjoni u wrew, insegwitu għall-kompetizzjoni msemmija hawn fuq, l-abbiltà tagħhom li jokkupaw impjieg f’kategorija ogħla.

(ara l-punti 82, 83, 88 u 89)

Referenza:

Il-Qorti tal-Prim Istanza: 6 ta’ Marzu 1997, de Kerros u Kohn-Bergé vs Il-Kummissjoni, T-40/96 u T-55/96, punti 45 u 46; 12 ta’ Novembru 1998, Carrasco Benitez vs Il-Kummissjoni, T-294/97, punt 51

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 12 ta’ Mejju 2010, Peláez Jimeno vs Il-Parlament, F-13/09, punti 40, 41, 46 u 47

4.      Id-dritt tal-Unjoni la jistabbilixxi espressament prinċipju ta’ kontinwità ta’ karriera u lanqas prinċipju ta’ dritt ta’ karriera. A fortiori, id-dritt ta’ prospetti tal-karriera għal membru tal-persunal temporanju li sar uffiċjal ma huwiex ġeneralment irrikonoxxut mid-dritt tal-Unjoni. It-tielet paragrafu tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal jipprovdi biss li l-membru tal-persunal temporanju iżomm l-anzjanità fl-iskala li huwa kien akkwista meta nħatar uffiċjal.

L-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 8 tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ qabel l-1 ta’ Mejju 2004, jirreferu, fir-rigward ta’ membri tal-persunal temporanju, għall-opportunità li jkomplu l-karriera tagħhom bħala uffiċjali skont il-proċeduri tar-Regolamenti tal-Persunal, u, f’dan il-każ, l-anzjanità ta’ skala miksuba bħala membru tal-persunal temporanju tibqa’ jekk l-uffiċjal inkwistjoni kien maħtur uffiċjal fl-istess grad immedjatament wara dan il-perijodu.

Jibqa’ l-fatt, iżda, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ʼil fuq huma limitati sabiex jiżguraw l-anzjanità fl-iskala għall-membru tal-persunal temporanju maħtur bħala uffiċjal fl-istess grad, u, min-naħa l-oħra, li l-kontinwità tal-karriera hija żgurata skont il-proċeduri stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal. Finalment, għandu jiġi kkonstatat li bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 5(4) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li, peress li jirrigwarda dispożizzjoni tranżitorja, għandu jiġi interpretat b’mod restrittiv, id-dispożizzjonijiet l-oħra tar-Regolamenti tal-Persunal ma jagħtix il-possibbiltà lill-membri tal-persunal temporanji li jinħatru uffiċjali fil-grad li kellhom meta dan l-istess grad kien ogħla minn dak li kien ippubblikat mill-kompetizzjoni li huwa għaddew minnu.

(ara l-punti 99, 107 u 108)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 9 ta’ Ottubru 2008, Chetcuti vs Il-Kummissjoni, C‑16/07, punt 46

Tribunal għas-Servizz Pubbliku: 5 ta’ Marzu 2008, Toronio Benitez vs Il-Kummissjoni, F‑33/07, punt 87