Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – flightright GmbH vs Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

(Kawża C-274/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: flightright GmbH

Konvenuta: Air Nostrum, Líneas Aéreas del Mediterráneo SA

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ trasport bl-ajru ta’ persuni b’konnessjoni kompost minn żewġ titjiriet u li ma jkunx jinkludi dewmien notevoli fl-ajruport ta’ korrispondenza, il-post tal-wasla tat-tieni titjira għandu jitqies bħala l-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 7(1)( a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 1 meta r-rikors ikun ippreżentat kontra t-trasportatur tal-ajru effettiv tal-ewwel titjira li fuqha seħħet l-anomalija u meta t-trasport għat-tieni titjira jkun twettaq minn trasportatur tal-ajru ieħor?

____________

1 Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012 L 351, p. 1).