Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2013 – Wahlström vs Frontex

(Kawża F-116/12) 1

(Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Rapport ta’ evalwazzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Diskussjoni annwali mal-evalwatur – Iffissar ta’ għanijiet)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuti: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u S. Vuorensola, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent u t-talba għal kumpens

DispożittivIr-rikors huwa miċħud.K. Wahlström għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.