Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 – Faita vs KESE
(Kawża F-92/11) 1
(Servizz pubbliku – Fastidju psikoloġiku – Talba għal assistenza – Motivi ta’ deċiżjoni)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Carla Faita (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti għar-rikonoxximent tal-iżbalji mwettqa fir-rigward tagħha minħabba nuqqas ta’ assistenza u nuqqas ta’ dmir ta’ premura kif ukoll għat-teħid ta’ miżuri ta’ natura li jistabbilixxu pubblikament il-merti u l-kompetenzi tagħha u talba għad-danni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Carla Faita għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għal tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat għal kwart mill-ispejjeż tiegħu.