Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tagħha fil-grad AD 11 b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2010 u l-kumpens għad-dannu allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrenti

Jannulla d-deċiżjoni adottata fit-18 ta’ Ottubru 2011 li tirrifjuta lir-rikorrenti l-klassifikazzjoni mill-ġdid fil-grad AD 11 mill-1 ta’ Jannar 2010;

jikkumpensa d-dannu morali subit mir-rikorrenti li l-kumpens ekwu għalih huwa evalwat għal EUR 22.000;

sussidjarjament, jikkumpensa d-dannu materjali subit mir-rikorrenti għal EUR 11 742.48 għas-sena 2010, kif ukoll, għall-perijodu sussegwenti sad-data tas-sentenza li ser tingħata f’din il-kawża, ammont varjabbli li għandu jiġi kkalkolat, flimkien mal-interessi kompensatorji u moratorji bir-rati legali meħtieġa; u flimkien ma’ dan l-ewwel total l-ammont fil-forma ta’ somma f’daqqa li jirriżulta mill-evalwazzjoni tat-Tribunal għall-kumpens tat-tieni komponent tad-dannu materjali li l-ammont indikattiv u provviżorju tiegħu jista’ jiġi stabbilit għal madwar EUR 120 000;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.