Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ April 2014 – ZZ vs L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

(Kawża F-39/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġġeddidx u l-kumpens għad-dannu morali subit.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni ESMA/2013/ED/23, tat-28 ta’ Ġunju 2013, dwar in-nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tar-rikorrent;tikkundanna lill-konvenuta tħallas danni kumpensatorji fl-ammont ta’ EUR 20 000 għad-dannu morali subit;tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.