Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-14/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Sagias, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/117/11 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija kompetizzjoni minħabba n-nuqqas tal-esperjenzi professjonali meħtieġa.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/117/11 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni, liema deċiżjoni ġiet ikkomunikata lilu permezz ta’ ittra tat-18 ta’ April 2012 u ġiet sussegwentement ikkonfermata, liema konferma ġiet ikkomunikata lilu permezz ta’ ittra tal-24 ta’ Mejju 2012;jannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2012, li tiċħad l-ilment imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla msemmi iktar ’il fuq;jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.