Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Instrucción de Badalona (Spanja) fit-22 ta’ Ottubru 2018 – Proċeduri kriminali kontra VW

(Kawża C-659/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Instrucción de Badalona

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

VW

Domanda preliminari

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2013/48/UE 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt għas-servizzi ta’ avukat jista’ jiġi ttardjat b’mod ġustifikat jekk il-persuna ssuspettata jew akkużata ma tidhirx għall-ewwel taħrika tal-qorti u fejn ikun inħareġ mandat ta’ arrest nazzjonali, Ewropew jew internazzjonali, fejn is-servizzi ta’ avukat u l-intervent tiegħu fil-proċeduri jiġu ttardjati sakemm jiġi eżegwit il-mandat u l-pulizija tressaq lill-persuna ssuspettata quddiem il-qorti?

____________

1 Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU 2013, L 249, p. 1)